Illum jaħbat l-anniversarju minn meta Suor Michaela daħlet soru 34 sena ilu. Għall-okkażjoni tikteb messaġġ li fih turi l-gratitudni u l-apprezzament tagħha lejn il-vokazzjoni li ngħatat.
" 'Illum huwa l-ewwel jum tal-bqija ta' ħajti!' Dawn huma l-kliem li ktibt fil-ġurnal tiegħi 34 sena ilu," kitbet waqt li xerrdet anke ritratti minn meta daħlet soru.
"Int imsaħtli d-dmugħ u dħakt miegħi! Midjuna lejk Mulej! 'Grazzi'......kliem wisq fqir biex nesprimi l-gratitudni tiegħi lejn Alla - lil Ommi ħelwa Marija - lill-familja tiegħi - lis-sorijiet kollha (il-familja spiritwali tiegħi)..."
Awguri għal iktar snin ta' hena u barkiet Suor Michaela!