Illum propju 24 ta’ Ġunju, il-kantanta lokali u tant brava Dorothy Bezzina tiċċelebra l-anniversajru taż-żwieg tagħha flimkien ma’ żewġha Karl Borg! Kien propju bħal-lum seba' snin meta dawn taw l-‘iva’ tagħhom lil xulxin fis-sena 2017!
Żgur mhux forsi li lil Dorothy Bezzina bosta jafuha minn fuq it-televiżjoni fejn ħadet sehem diversi trabi fil- Malta Eurovision Song Contest.
Apparti li tkanta, Dorothy għandha għal qalbha ferm it-teatru u dan huwa fatt sinonimu għal familtha kollha fejn kollha kibru f’ ambjent mużikali.
Infatti wieħed ma jistax ma jsemmix lil ħu Dorothy li huwa propju Gianluca Bezzina li rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision fl-2013!
Nawguraw lil Dorothy u lil Karl aktar snin ta' saħħa, hena, imħabba u kull ma tixtieq qalbhom! Awguri!
Facebook/ Dorothy Bezzina