Bħal-lum, fl-1989 twieled Rodney Gauci, jiġifieri dan illum għalaq 33 sena.

Matul is-snin lil Rodney rajnih f’diversi rwoli fuq it-televixin. Waħda mill-aktar partijiet ewlenin li ħadem Rodney bħala attur kienet dik ta’ Percival de Fonseca Torregiani Gomez fuq is-serje tant popolari ta’ Take 2, Deċeduti. Matul il-kampanja elettorali tal-2013 kien wieħed mill-kantanti tal-grupp Ġorġ u Pawlu, flimkien ma’ Gordon Bonello, fejn dawn it-tnejn kienu jneħħu ftit it-tensjoni li toħloq l-elezzjoni u nisslu tbissima fuq fomm il-Maltin u l-Għawdxin.

Rodney ħa sehem ukoll f’serje oħrajn fosthom Strada Stretta u anke fuq il-programm Skjetti li kien jixxandar fuq TVM u kemm-il darba ħadem bħala producer għal diversi programmi.

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura l-isbaħ xewqat lil Rodney f’jum għeluq sninu.

Facebook / Rodney Gauci


Henzley  Bezzina