Illum tagħlaq sninha l-Ministru tal-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli.

Hija ġiet eletta bħala membru parlamentari fl-2017 u bdiet isservi bħala Segretarja Parlamentari. Matul is-servizz tagħha f’dan l-rwol ħadmet għall-VOT16 fejn wara saret riforma biex l-età li wieħed jista’ jivvota fl-elezzjonijiet f’Malta tinżel għal 16-il sena minn 18-il sena. Issa l-Prim Ministru ogħġbu jafdaha bħala Ministru tal-Inklużjoni wara li reġgħet ġiet eletta fl-elezzjoni ġenerali li saret aktar kmieni din is-sena. Qabel il-karriera politika tagħha ħadmet ukoll bħala ġurnalista u kienet ukoll editur ta’ gazzetta. 

Bosta persuni awgurawlha f’dan il-jum speċjali għaliha, fosthom Maronia Gray, li din awgurat lill-Ministru Farrugia Portelli u rringrazzjata talli dejjem tkun hemm għaliha u għall-familja tagħha. “Jalla jkollok ġurnata speċjali, mara speċjali. Ftakar dejjem li lili ħa ssibni dejjem warajk.”

mar

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Ministru Julia Farrugia Portelli f’jum għeluq sninha.

Facebook / Julia Farrugia Portelli


Henzley  Bezzina