Bħal-lum fl-1983, jiġifieri 39 sena ilu twieled il-kantant Glen Vella.

Il-karriera ta’ Glen bħala kantant bdiet fuq il-programm Kalamita u minn hemm dejjem ħares ‘il quddiem u ffoka sabiex jibni karriera fil-mużika u hekk irnexxielu jagħmel. Matul is-snin lil Glen rajnih jieħu sehem f’diversi kompetizzjonijiet mużikali, bl-aħħar waħda kienet dik ta’ Mużika Mużika fejn ħa sehem bil-kanzunetta Ħarsa Biss u rebaħ il-kompetizzjoni.

Glen irrapreżenta wkoll lil Malta fil-Eurovision fl-2011 bil-kanzunetta One Life ġewwa Dusseldorf fil-Ġermanja.

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jibgħat l-awgurju għall-isbaħ xewqat lil Glen Vella f’jum għeluq sninu u nawgurawlu għal aktar mumenti ta' suċċess fil-karriera mużikali tiegħu.


Henzley  Bezzina