Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-mużiċist u maestro tant maħbub, Ryan Paul Abela. Hu twieled fil-11 ta’ Jannar tal-1991 u b’hekk illum hu għalaq 34 sena.
Ryan huwa kantant u surmast rinomat fix-xena lokali. Hu kien ipparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2014 bil-kanzunetta City Lady.
Hu jidderieġi l-orkestra u anke diversi kanzunetti waqt avvenimenti kbar bħal Mużika Mużika. Ryan Paul Abela inħatar Direttur Artistiku fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi tal-Belt Valletta, rwol li se jarah imexxi u jfassal il-viżjoni artistika tal-post storiku.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ryan Paul Abela f’dan il-jum speċjali!
Facebook/Ryan Paul Abela