Illum jaħbat l-ewwel Erbgħa wara l-festa tal-Għid, il-festa ta’ San Girgor. Tradizzjonalment bosta min-nies jassoċċjaw din il-ġurnata mal-ewwel għawma iżda din is-sena għadu kemmxejn kiesaħ.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-temp Madwarna kitbu messaġġ rigward din il-festa fejn qalu, “Illum, l-Erbgħa 23/4 hija l-festa ta’ San Girgor. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid il-Kbir, fejn sal-lum għadha ssir purċissjoni mill-Knisja ta' San Klement għall-Knisja ta' San Girgor fiż-Żejtun (il-Ġilwa l-Kbira). Wara l-għannejja kienu jinżlu Marsaxlokk biex jgħannu u hawn min kien jiftaħ l-istaġun tal-għawm.”

Temmew billi qalu, “Dis-sena, il-baħar għadu kiesaħ: 17°C.”

Facebook/San Girgor il-Kbir


Charlton Cefai