Il-Membru Parlamentari u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, ħabbar ftit tas-sigħat ilu li llum hu ħa l-ewwel tilqima tal-vaċċin kontra l-Covid-19. F'post fuq Facebook, Delia faħħar l-istaff ta' Mater Dei u għamel appell lill-Maltin u Għawdxin.

Hu kiteb, "Illum ħadt l-ewwel titqiba. L-istaff tal-isptar Mater Dei kienu effiċenti immens, dħulin u professjonali. Minn qalbi appell biex kulħadd jieħu l-vaċċin. Ejjew nibqgħu b’saħħitna. Ejjew nieħdu ħsieb xulxin."

Ejjew inkomplu nitlaqqmu sabiex ngħinu lil xulxin u s-soċjetà tagħna.


Emil Calleja Bayliss