Michela Galea attriċi, mudella u kantanta li żgur xi darba jew oħra rajtu fuq l-istazzjon tat-televixin tagħkom. Illum huwa jien speċjali għal Michela minħabba l-fatt li jaħbat għeluq snin ommha.
Michela, lil ommha Josephine kitbilha: "L-iktar persuna sabiħa, l-iktar ħelwa, l-iktar mara inkredibbli fid-dinja... Xejn ma hu biżżejjed biex nirringrazzjak! Inħobbok b'qalbi kollha". Barra minn hekk awguratilha f'għeluq sninha.
Barra li llum jaħbat għeluq snin ommha Josephine, bħal-lum sentejn Michela kienet ġiet inkurunata Miss World Talent ġewwa Miss World fiċ-Ċina, l-unika Maltija li rebħet dan l-unur prestiġġjuż.
Żgur li l-14 ta' Novembru għandu post speċjali f'qalb Michela u dawk għeżież għaliha għax iġġib ħafna u ħafna memorji sbieħ. Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nieħdu l-opportunità sabiex nawguraw lil ommha Jospehine f'dan il-jum speċjali!