Illum is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli ma marritx weħidha x-xogħol, iżda magħha ħadet ukoll lill-kelb! Mhux aħbar li tisma' ssoltu iżda aħbar normali f'numru ta' pajjiżi.

Hi tistqarr, "F’pajjiżi bħall-Amerika u l-Ingilterra llum jiċċelebraw ‘Take Your Dog To Work Day’ – fejn il-ħaddiema jieħdu l-kelb magħhom għall-ġurnata tax-xogħol, jekk il-post jippermetti."

Zerafa Civelli tispjega, "Dan biex jinħoloq għarfien biex kemm jista’ jkun ma nħallux l-annimali tagħna għal ħafna ħin waħedhom. Flimkien mat-tim tiegħi, illum ġibna l-klieb magħna l-uffiċċju u ħadna l-okkażżjoni biex niġbru donazzjoni għal CSAF [Carers for Stray and Abandoned Felines]."

Hi tagħlaq bil-kliem, "Ikun sabiħ li fis-snin li ġejjin ikun hawn aktar bħalna min jiċċelebra din il-ġurnata f'pajjiżna." Żgur li ħafna mhux ħa jiddejqu jieħdu l-kelb magħhom ix-xogħol, ċertament li għal jum wieħed fis-sena, l-uffiċċji jkollhom atmosfera unika.


Emil Calleja Bayliss