Illum jaħbat għeluq snin l-attriċi Doreen Cini, li rajnieha f'diversi sensiliet lokali, kif ukoll fl-2017 kienet waħda mill-protagonisti fil-vidjow ta' Dawra Tond, il-kanzunetta ta' Gianluca Cilia li rrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest.

Ritratt: Youtube

Doreen bdiet fuq il-palk minn età żgħira, wieħed jaf lil Doreen kemm f'partijiet serji u anke partijiet komiċi. Mhux l-ewwel darba li stqarret li tippreferi l-palk mit-televiżjoni imma tifhem ukoll li bit-televiżjoni għandek iċ-ċans issir aktar popolari. 

Ritratt: JJ Chircop - Facebook / Dominic Cini

Lil Doreen ħafna jiftakruha fis-sensiela Ipokriti u wkoll fis-sensiela Simpatiċi aktar riċenti. Doreen hi omm ta' żewġt it-tfal Dominic u Charmaine, it-tnejn midħla sew tax-xena tal-ispettaklu speċjalment Dominic li rajnieh bosta drabi ġo kompetizzjonijiet u produzzjonijiet lokali. 

Probabbli qed isaqsu kemm għalqet żmien! Doreen illum qed tiċċelebra għeluq is-sittin sena! F'isem Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali! 

Facebook / Dominic Cini


Emil Calleja Bayliss