Cristina Bellizzi wiċċ li l-qarrejja tagħna ta' Gwida żgur li familjari miegħu. Cristina llum tiċċelebra għeluq sninha. Żgur li ħafna jafu lil Cristina bħala mudella tal-ilbiesi tat-tiġijiet u anke bħala l-persuna li kapaċi żżejjen bl-isbaħ mod kull tip ta' fjuri li jkollha quddiemha.

F'għeluq sninha Cristina qasmet messaġġ pożittiv għall-aħħar mat-tim tagħna fejn kitbitilna, "Illum għandi 36 sena! Meta nħares lura bilkemm nagħraf min kont. Kien hemm żminijiet f’ħajti fejn kien diffiċli nitbissem, dan kollu nbidel ladarba bdejt ngħix il-ħajja awtentika tiegħi u ħalliet il-kuluri veri tiegħi jiddi, issa nsibha diffiċli biex ma nitbissemx, hawn ħafna snin oħra ta’ tbissima."

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Cristina l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ illum u sena mill-aqwa mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha.


Emil Calleja Bayliss