Sarah Zerafa llum tagħlaq 24 sena, u ommha Josette għaddietilha messaġġ qasir mill-aktar ħelu. Qaltilha li taraha tikber huwa l-akbar rigal li l-Mulej seta' jagħtiha. Qaltilha ftakar li jien ħa nkun maġenbek dejjem.

Ritratt: Facebook / Sarah Zerafa

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq snina, Sarah din is-sena talbet biex in-nies jagħmlu donazzjoni ta' flus biex ikompli l-istħarriġ fuq il-kanċer. Ġest nobbli ferm mill-influencer li aktar ma jmur, tkompli żżid segwaċi tagħha.

Ritratt: Facebook / Sarah Zerafa

Il-ġimgħa l-oħra, Sarah ixxukjat is-segwaċi tagħha kif ukoll lil ommha meta biddlet il-kulur ta' xagħarha. Ir-24 sena tagħha ħa tkun bdietha b'xagħarha roża. It-tfajla tista' tgħid li jixraqilha kollox.

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Sarah f'għeluq sninha u fl-istess ħin nixtiequlha aktar u aktar suċċessi.

Facebook / Sarah Zerafa


Emil Calleja Bayliss