Illum jaħbat għeluq snin persuna speċjali f'ħajjet l-attur bravissimu Brian Farrugia. L-għażiża ommu, li xerred anke ritratt magħha, flimkien ma' messaġġ sabiħ mill-qalb.

"Ritratt għal qalbi... mal-aqwa żewġ persuni ta' ħajti... illum għeluq snin ommi... il-mara li wellditni, rabbietni, ħadet ħsiebi, u tħobbni mħabba tal-ġenn... Awguri Ma... j'Alla l-Mulej iżewqek b'iktar snin u saħħa," kiteb Brian. Bħal dejjem kienu bosta s-segwaċi li awgurawlha wkoll f'din il-ġurnata speċjali.

Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt!

Facebook/ Brian Farrugia


Kyle Zarb