Illum Paul Sparling, ir-raġel ta’ Clare Agius, jagħlaq għeluq sninu. Fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, Clare ddedikat post mill-isbaħ lil Paul.
Flimkien ma’ ritratt tagħhom it-tnejn flimkien ma' uliedhom f’wieħed mill-postijiet li żaru flimkien bħala familja, hi kitbet, “Illum għeluq snin l-eroj tagħna. Paul illum se nħallulek jum ta' rilassament biex tpatti għall-ġranet kollha meta jkollok lilna x'iġġorr kemm mentalment kif ukoll fiżikalment!"
Aħna mit-tim ta’ Gwida nixtiequ nawguraw lil Paul f’dan il-jum speċjali!