Il-kantant lokali Victorio Gauci kiteb kelmtejn fl-okkażjoni ta' għeluq sninu, fejn jesprimi kemm hu grat għal kull ma għandu f'ħajtu. 

"Illum għeluq it-38 sena tiegħi! Sena oħra għaddiet, mimlija bl-inżul u t-tlajja', avventuri ġodda, u opportunitajiet... Grat lejn l-għażiża marti, uliedi, u l-familja kollha tiegħi li jappoġġjawni f'kull pass li nwettaq!"

Victorio jesprimi kemm hu ħerqan li jiċċelebra dan il-jum mal-kollegi tiegħu, u bla dubju mal-għażiża familja tiegħu. Xerred diversi ritratti flimkien ma' martu Rossana u ma' uliedu. Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt, Victorio!

Facebook/ Victorio Gauci


Kyle Zarb