L-attur Lawrence Buontempo li ħafna jafuh mill-film ‘The Weeping House of Qala’ u ‘Pawlu Ta' Tarsu’, awgura lil ommu f’għeluq sninha b’messaġġ tassew ħelu hekk kif hija għalqet 83 sena. Huwa qalilha li “llum, f'għeluq sninek xtaqna ntuk bewsa kbira u bħal dejjem, nirringrazzjawk bl-iktar mod Speċjali u Sempliċi fl-istess ħin. Sena wara sena, dik it-tbissima tiegħek tibqa' tisbiħ. Għamilt ħafna, ħafna magħna. Ta' dan grati għal dejjem. Ħuti u jien nagħmlu mill-aħjar sabiex naraw li ma jonqsok xejn. Biss li ma nistgħux narawk kollha f'daqqa, iebsa. Tad-dar isellu u jawgurawlek l-isbaħ xewqat. Int kont u għadek ankra għalina lkoll.”

It-tim ta’ Gwida.mt jixtiqilha l-isbaħ xewqat u iktar snin ta’ saħħa!


Nicole Zammit