Kmieni dalgħodu, il-paġna ta' Espresso ħabbret, "Ma’ Espresso xejn mhu impossibbli, illum b’differenza... iżda xorta ħa nżommulek kumpanija! Agnes Pandolfino mill-istudjo u Wayne mid-dar. Bonġu mill-qalb u bit-tbissima."

Dawk li kienu qed isegwu l-programm, Wayne fil-bidu qal li hu jinsab b'saħħtu iżda minħabba l-fatt li ġie mitlub jagħmel it-test tal-Covid-19, importanti li jibqa' iżolat sakemm dan joħorġ negattiv.

Jekk kollox ikun sew, hu jirritorna lura fl-istudjo mat-telespettaturi għada! Mhux l-ewwel wieħed li spiċċa jmexxi l-programm mid-dar, imma nistqarru li Agnes qed tagħmel biċċa xogħol tajba mmens. Simpatika wisq.

Wayne attent għax malajr toħodlok xogħlok!


Emil Calleja Bayliss