Il-preżentatur Twanny Scerri bħal-lum jiftakar f'memorja diffiċli immens, hekk kif kien tilef lill-għażiż missieru. Jiftakar meta kellu programm x'jipprepara iżda moħħu kien f'missieru dakinhar minħabba li kien wasal fl-aħħar. 

Saħansitra beda jaħsibha jagħmlux, iżda missieru baqa' jinkoraġġih ikompli bl-iskeda tiegħu. "F'nofsinhar kont ħdejh u baqa' jgħidli, 'Iva mur għamlu! Jien narak minn hawn l-isptar!' Ma laħqux! Siegħa wara mar jiltaqa' mal-Mulej! Illum 9 snin. Qisu lbieraħ! Il-firda tibqa' kerha! Strieħ fis-sliem Pà."

Kuraġġ dejjem Twanny. Insellmu l-memorja tal-għażiż missieru.


Kyle Zarb