Il-kantanta lokali Christabelle għadha kif tefgħet xi ritratti fuq l-Instagram ta' persuna importanti immens għaliha. Dak ir-raġel li miegħu qed taqsam ħajjitha u dak li jurieha l-appoġġ tiegħu kontinwament f'dak kollu li tagħmel.
Hekk hu! Dak tar-ritratti t'hawn taħt mhu ħadd ħlief ir-raġel ta' Christabelle, Jordan! "Awguri f'għeluq sninu lill-aqwa ħabib tiegħi, l-imħabba tiegħi, ir-raġel tiegħi.", kitbet fuq il-post il-kantanta. Fil-fatt qassmet diversi ritratti tiegħu meta kien għadu tfajjel ċkejken, bl-ewwel wieħed fuq quddiem ir-ritratt tiegħu meta rebaħ trofew!
Minn qalbna nawguraw lil Jordan l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu!