Wara aktar minn 14-il sena jipprova jsib familja li tħobbu, l-kelb bl-isem ta' Starsky għadu kif ġie addottat.

"Issa għandu l-opportunità li jifhem u jħoss xi tfisser li tkun f'dar fejn kulħadd iħobbok," kitbu l-għaqda L-Arka ta' Noe li għal dawn l-aħħar snin ħadu ħsiebu.

"Il-kliem ma jistax jiġġustifika l-kuntentizza li qed inħossu," stqarrew l-attivisti li jieħdu ħsieb l-Arka ta' Noe, b'sodisfazzjon.

Prosit tassew!

Ritratti: Facebook / Noah's Ark Dog Sanctuary Volunteers


Cristian Tonna