L-attur Jean Pierre Cassar li nafuh fis-sensiliet Elf Metodu u Ħbieb u Għedewwa, dalgħodu qasam episodju umoristiku fuq il-profil tiegħu. Iltaqa' ma' xi ħadd li jsegwi Ħbieb u Għedewwa u jidher li mill-ewwel għarfu lil Jean Pierre. Il-persuna resqet sabiex tistaqsih jekk hux il-persuna li jidher f'din id-drama.

Kif tistgħu taraw mill-konversazzjoni t'hawn fuq, il-persuna ddeċieda f'moħħu li mhux hu avolja qallu li hu! Donnu kien konvint li jixbhu biss u impossibbli li jista' jkun hu għax ma ridx jisma'. Episodju ħelu! Ċerti li xi darba jew oħra, nies li jidhru fuq it-televiżjoni bħal atturi, kantanti u preżentaturi għaddew minn esperjenzi umorisitiċi bħal dawn.

Facebook / Jean Pierre Cassar


Emil Calleja Bayliss