Mil-lum 9 ta' April fit-20.30 ta' filghaxija ser tiftaħ l-Awla tat-Triq live fuq ONE TV. Programm bi preżentazzjoni ta' Luke Dalli, flimkien ma' Clara Farrugia u Wayne Sammut li ser jibdew iwasslulna investigazzjonijiet u stejjer umani kurrenti.

Illejla, fl-ewwel programm tagħhom ser jiddiskutu d-dipendenza, fejn twasslek u l-konsegwenzi li ġġib magħha. Ma jistax jonqos ukoll dibattitu fuq il-White Paper tal-Kannabis. Jidher li t-tim wara Awla ħadem biex ikollu viżwal innovativ ghat-televiżjoni lokali.

Infakkrukom li Awla ser iżomm appuntament magħkom kull nhar ta' Ġimgħa fuq ONE, bi produzzjoni ta' Marouska Pisani Bugeja. Int ħa tkun qed tingħaqad magħhom?


Emil Calleja Bayliss