Illejla fit-8:35pm fuq l-istazzjon ONE ser tixxandar edizzjoni oħra tal-programm Liquorish.
Matul is-snin għal din l-avventura tajna ħafna parteċipanti differenti li żaru diversi postijiet fejn kellhom iħabbtu wiċċhom ma sfidi differenti li żgur ma jiltaqgħux magħhom ta’ kuljum.
Din is-sena ser naraw għaxar parteċipanti li jridu jagħmlu dak li huwa meħtieġ biex isalvaw u jaħdmu sabiex jibqgħu f’din l-avventura.
Żgur li ħafna minnha ninsabu ħerqana biex naraw liema post ser iżuru u naraw ukoll min ser ikun rebbieħ ta’ din l-edizzjoni ta’ Liquorish.
Facebook / Liquorish