"Illejla llejla. Illejla se niżżewweġ mal-ewwel daqqa t'għajn!" Hekk kiteb il-Malti Luke Debono li jgħix fir-Renju Unit, hekk kif illejla se jkun qed jgħid is-signor si mingħajr qatt ma ltaqa' mat-tfajla li se jkun qed jiżżewweġ.

Hu ħa jkun qed jieħu sehem fil-programm Ingliż li jixxandar fuq E4, Married at First Sight. Luke iżid, "Qatt ma kont nimmaġina li se niżżewweġ lil xi ħadd li ma nafx, imma hawn ninsab! Dan se jiġri llejla fuq Married at First Sight fuq E4, u ma nistax inkun aktar eċċitat."

Luke iżid, "Kultant il-ħajja tissorprendik b’mumenti mhux mistennija li tħoss li hu l-mument - il-mument it-tajjeb, fil-ħin it-tajjeb, fil-post it-tajjeb u mal-persuna t-tajba."

Tasal tagħmel il-pass li ħa jieħu Luke?

Facebook / Luke Debono


Emil Calleja Bayliss