Illejla fuq NET TV ħa jixxandar programm speċjali live flimkien mal-protagonisti tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Din is-sena, bħas-sena li għaddiet il-konkors ħa jkun qed jinqasam fuq jumejn.

L-ewwel ġurnata, ħa jkun qed jitella' il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior, filwaqt li l-għada jsir il-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Il-festival tat-tfal hu nhar l-Erbgħa, 18 ta' Settembru filwaqt li l-festival tal-kbar ħa jsir nhar il-Ħamis, 19 ta' Settembru.

Il-programm speċjali li ħa jixxandar illejla fit-20:30, ħa jlaqqa' lit-telespettaturi mal-kantanti, l-ewwel parti tal-programm ħa tkun bit-talenti tat-tfal u żgħażagħ filwaqt li t-tieni parti tal-programm ħa tkun mat-talenti stabbiliti.

Għal dawk kollha li jixtiequ jisimgħu il-kanzunetti jistgħu jagħmlu dan billi jżuru s-sit ta' soundcloud fejn hemm wieħed jista' jsib il-kanzunetti kollha li qed jipparteċipaw fiż-żewġ konkorsi. Tistgħu tagħfsu HAWN għal kanzunetti ta' KKI Junior u HAWN għal kanzunetti ta' KKI. 

Mehmużin fl-artiklu hawn ir-rebbieħa tal-2018 fiż-żewġ festivals. F'isem Gwida.mt nawguraw lil finalisti kollha l-isbaħ xewqat! Awguri għal din il-ġimgħa! 


Anthony Baldacchino