L-artista Maltija, li m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena lokali, Ira Losco ser tkun qed tirritorna fuq il-palk illejla; din id-darba fuq il-palk tal-finali ta' Mużika Mużika.  

Ilbieraħ, fuq il-paġna tagħha ta' Facebook kitbet, "Ħerqana immens biex inwasslilkom spettaklu fis-serata finali ta' Mużika Mużika."  Tesprimi illi wara li rat is-semifinali tal-festival tassew apprezzat "il-livell għoli tal-kanzunetti bil-lingwa tant sabiħa tagħna."  

Filwaqt li faħħret ħafna l-"viżwali spettakolari, orkestra u arranġamenti impekkabbli" ma naqsitx milli tagħti l-prosit tagħha lill-"kantanti kollha, mużiċisti, kompożituri/awturi u lil-preżentaturi tant kapaċi u simpatiċi."

Għaldaqstant, għal-lejla jidher li għandha ppreparati xi sorpriżi, u aħna tassew ħerqanin biex narawha filwaqt li nkunu fuq ix-xwiek għat-tħabbir tar-riżultati! 

Awguri lill-parteċipanti kollha li waslu s'hawnhekk!


Marija Bellia