Għal dawk kollha li ilhom isegwu din id-drama, illejla hi waħda importanti hekk kif tingħalaq l-istorja darba għal dejjem. Wieħed jista’ jsegwi dak li ġara fl-aħħar episodju fil-filmat t’hawn taħt. L-istorja tat-tfajla żagħżugħa li waslet għall-apirazzjonijiet tagħha tintemm hawnhekk.

F’din l-istorja ħareġ ċar li jekk persuna tkun determinata, possibli twettaq kollox. Fil-ħajja kollox huwa possibli u l-affarijiet rari huma kif jidhru meta tħares lejhom. Wieħed bla ma jrid jistaqsi, kif ħa tintemm il-ġrajja ta’ Manwela u dawk ta’ madwarha.

Manwela, għandu direzzjoni ta’ Rewind Productions LTD u miktub minn Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u jixxandar fuq TVM.

Facebook / Manwela


Emil Calleja Bayliss