Sanremo ta' din is-sena, l-edizzjoni tal-2021 żgur ħa tibqa' mfakkra għall-fatt li mhux ħa jkollha udjenza. L-ewwel darba li dan il-festival ħa jitella' mingħajr udjenza. Il-Festival se jsir fit-Teatro Ariston f'Sanremo, b'xandira diretta fuq RAI. Id-direttur artistiku u l-preżentatur tal-kompetizzjoni se jkun Amadeus, għat-tieni sena konsekuttiva.

Flimkien ma' Amadeus, il-kummidjant Taljan u l-preżentatur televiżiv Fiorello se jingħaqad lura miegħu, wara li deher bħala mistieden regolari fl-edizzjoni preċedenti. Flimkien ma' Amadeus hemm tmien preżentaturi nisa, li ħa jalternaw matul il-ħames serati. Dawn huma Matilda De Angelis, Elodie, Luisa Ranieri, Vittoria Ceretti, Barbara Palombelli, Beatrice Venezi, Serena Rossi u Simona Ventura.

Il-finalisti ta' din is-sena fis-sezzjoni tal-Aristi stabbiliti huma:

  • "Ora" – Aiello
  • "Dieci" – Annalisa
  • "Potevi fare di più" – Arisa
  • "E invece sì" – Bugo
  • "Musica leggerissima" – Colapesce & Dimartino
  • "Fiamme negli occhi" – Coma_Cose
  • "Un milione di cose da dirti" – Ermal Meta
  • "Bianca luce nera" – Extraliscio feat. Davide Toffolo
  • "Parlami" – Fasma
  • "Chiamami per nome" – Francesca Michielin & Fedez
  • "Quando trovo te" – Francesco Renga
  • "Santa Marinella" – Fulminacci
  • "Cuore amaro" – Gaia
  • "Momento perfetto" – Ghemon
  • "Arnica" – Gio Evan
  • "La genesi del tuo colore" – Irama
  • "Amare" – La Rappresentante di Lista
  • "Combat Pop" – Lo Stato Sociale
  • "Voce" – Madame
  • "Ti piaci così" – Malika Ayane
  • "Zitti e buoni" – Måneskin
  • "Il farmacista" – Max Gazzè & La Trifluoperazina Monstery Band
  • "Glicine" – Noemi
  • "Quando ti sei innamorato" – Orietta Berti
  • "Torno a te" – Random
  • "Mai dire mai (La locura)" – Willie Peyote

Filwaqt li l-finalisti li ħa jkunu qed jikkompetu fis-sezzjoni ta' talent ġdid huma:

  • "Goal!" – Avincola
  • "Regina" – Davide Shorty
  • "Io sono Luca" – Dellai
  • "Che ne so" – Elena Faggi
  • "Scopriti" – Folcast
  • "Polvere da sparo" – Gaudiano
  • "Ogni cosa sa di te" – Greta Zuccoli
  • "Lezioni di volo" – Wrongonyou

Int ħa tkun qed issegwih Sanremo din il-ġimgħa? Għidilna fil-kummenti fuq il-mezzi soċjali tagħna.

Facebook / Festival Di Sanremo


Emil Calleja Bayliss