Għal sena oħra, se jirritorna s-Soirée annwali organizzat mill-istudenti tas-Sixth Form tal-Kulleġġ San Alwiġi f'Birkirkara.

Dan l-ispettaklu huwa maqsum f'żewġ atti. Fl-ewwel att, l-istudenti jtellgħu serje ta' produzzjonijiet żgħar, immexxija minnhom stess, li fihom jesebixxu varjetà ta' talenti. Għal din is-sena, dawn se jkunu: BuleriasMelodija MaltijaSAC on the BeachChords of QueenSAC'd in the MorningUnanimityEclipse, u Unleashed

It-tieni att imbagħad huwa kollu kemm hu musical. Din is-sena, l-istudenti għażlu li jagħmlu Dear West Side, li huwa bbażat fuq l-istorja famuża ta' West Side Story.

Fost in-nies involuti, hemm artisti bħal Bettina Farrugia, li qed narawha bħalissa tirnexxi f'Malta's Got Talent, u anki Lisa Gauci, li kienet finalista fl-X Factor Malta tas-sena l-oħra. Magħhom hemm artisti oħrajn bħal Kristy Spiteri, li kienet ħadet sehem fl-istess kompetizzjoni, fost diversi oħrajn. Iżda hemm ħafna u ħafna iżjed studenti (madwar 250) li ħadmu bla heda, u volontarjament, biex dan l-ispettaklu jkun jista' jittella' għal sena oħra.

Dan l-ispettaklu se jibda llejla u se jkompli għaddej sa nhar it-Tnejn, 6 ta' Frar. Għal aktar dettalji dwar kif tista' takkwista l-biljetti, agħfas HAWN.


Bradley Cachia