Illejla jibda staġun ieħor tal-programm Popolin, il-programm ta’ diskussjoni li kif iġib ismu jiddiskuti minn ġimgħa għal oħra suġġetti li dwarhom l-aktar jitkellem il-popolin.

Il-programm preżentat mill-ġdid minn Quinton Scerri ser iżomm mal-istil identiku tiegħu, fejn il-mistiedna jiddiskuttu u jiddibattu b’mod liberu l-opinjonijiet tagħhom dwar suġġetti varji li l-programm jitkellem dwarhom ta’ kull nhar t’Erbgħa.

Illejla fil-programm ser issir diskussjoni miftuħa dwar is-suwċidju, fejn mistiedna ser jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-programm u oħrajn ser jiddiskutu r-realtajiet li huma ġieli ħabtu wiċċhom magħhom, bl-għan li jissaħħaħ l-għarfien dwar is-suġġett, iżda fuq kollox jiġu indirizzati nuqqasijiet li possibilment jeżistu.

Għal sena oħra l-programm ser jgħati l-opportunita’ lit-telespettaturi sabiex jingħaqdu fid-diskussjoni, fejn ta’ kull ġimgħa TVM ser ikun qiegħed jiftaħ il-bibien għal dawk interessati li jingħaqdu fid-diskussjoni waqt Popolin.

Dawn interessati jistgħu jgħamlu kuntatt sabiex jirriservaw post billi jibgħatu messagg fuq 9991 2221 jew email fuq [email protected]

L-ewwel edizzjoni ta’ Popolin, illejla fid-21.15 fuq TVM.


Emil Calleja Bayliss