Illejla se tixxandar fuq TVM il-finali ta' Miss Universe Malta. Numru ta' tfajliet se jkunu qed jikkompetu biex jirbħu t-titlu ta' Miss Universe Malta. Ella Portelli, ir-rappreżentratriċi tas-sena li għaddiet f'Miss Universe Malta, se tkun qed tgħaddi x-xetru tagħha lil waħda mit-tfajliet li qed jikkompetu din is-sena.
Illejla jitħabbru t-tfajliet li waslu mal-ewwel 16, li wara żewġ sfilati jinżlu għal 6 u imbagħad jinżlu għal 3! Minn dawk it-tlieta titħabbar ir-rebbieħa. Wieħed ċertament jistenna spettaklu mill-aqwa li se jittella' minn ġewwa l-Hilton.
Min isegwi l-mezzi soċjali żgur li kellu ċ-ċans li jara l-ġmiel tal-palk li fuqu se jkunu qed jimxu t-tfalijiet. Il-kompetizzjoni hija waħda b'saħħitha iżda min se jirnexxielu jimpressjona l-ġurija biex jirbaħ dan it-titlu prestiġjuż u jirrappreżenta lil Malta fil-Messiku fil-finali ta' Miss Universe.
Facebook / Miss Universe Malta