F'22 ta' Mejju 2020, Gerald Fenech jiftaħ il-paġna tiegħu 'Gerald Fenech Covid19 news updates'. Liema paġna għandha 'l fuq minn 48elf follower u 45 like. Tul dan iż-żmien, Gerald kien minn tal-ewwel li xerred informazzjoni fuq il-pandemija.

B'rappurtaġġ ta' kuljum hu flimkien mat-tim tiegħu jbassar in-numru ta' każijiet u jinforma l-pubbliku fuq l-iżviluppi ġieli qabel l-awtoritajiet. Dan mhux dejjem kien milqugħ u ħafna drabi jkun suġġett ta' krittika ħarxa. Għal ħabta ta' Settembru lil Gerald jgħalqulu l-paġna tiegħu għax Facebook għażel li jieħu din id-deċiżjoni, madanakollu Gerald kompla xorta.

Illejla fuq il-programm 'L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa', ser naraw l-ewwel darba lil Gerald Fenech jiġi intervistat minn Mark Laurence. Dan il-programm jibda fid-9:00 ta' filgħaxija u jixxandar fuq TVM.


Anthony Baldacchino