Fl-aħħar jiem, kif ħafna jafu, qamet kontroversja sħiħa fuq kumment waqt konverzazzjoni f’wieħed mill-podcasts ta’ Bajd u Bejken. Waqt wieħed mill-episodji ta’ dan il-podcast Max jistaqsi lil JD Patrick min kien Twanny Aquilina; it-tifel li 65 sena ilhu kien instab mejjet f’daru u li għalih ommu Ġiġa Camilleri ġiet ikkundannata għall-mewt.
Il-konversazzjoni tkompli b’numru ta’ battuti satiriċi b’rabta mal-każ. Il-kumment qajmu kontroversja sħiħa u bosta ikkundannaw dan it-tip ta’ lingwaġġ u ċajt. Illejla waqt Popolin ser tiġi diskussa s-satira, fejn fost l-oħrajn it-tim ta’ Bajd u Bejken ser ikun mistieden sabiex iwieġeb għall-kritika li saret.
Huma se jiddiskutu l-opinjoni tagħhom dwar l-istil ta’ satira li huma jippreżentaw fil-podcast u s-s-shows tagħhom. Fid-diskussjoni ser jiddiskutu ukoll xandara oħra u ser jitkellmu b’mod esklussiv persuni li sa’ illum għadhom immorru jitolbu fuq il-qabar ta’ Twanny Aquilina fiċ-ċimiterju tal-addolorata.
Illejla Popolin ma’ Quinton Scerri fid-21.15 fuq TVM.