Illejla, fid-20:45, wara l-aħbarijiet ta’ TVM, agħmlu ruħkom komdi għal edizzjoni speċjali ta’ XOW li se tkun mimlija sorpriżi, umoriżmu u mumenti maġiċi.

Fl-ewwel parti tal-programm, se jkollna l-unur li nilqgħu lill-Prim Ministru Robert Abela, martu Lydia, u binthom Giorgia Mae. Flimkien magħhom, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, martu Ann Marie, u uliedhom.

It-tieni parti tal-programm se tkun taħlita ta’ logħob u daħk, bis-sehem ta’ personalitajiet politiċi distinti fosthom id-deputat Prim Ministru Ian Borg u l-membri parlamentari Alex Borg, Rosianne Cutajar, u Graziella Attard Previ.

Biex nagħlqu l-lejla b’mod mill-isbaħ, l-ispettaklu jintemm b’Kunċert tal-Milied, bis-sehem ta’ għadd ta’ artisti u kantanti Maltin li jġibu l-ispirtu tal-Milied fid-djar tagħkom.

XOW, immexxi minn Ron u Jacqui Losco, jixxandar 20:45 hawn fuq TVM! Titilfuhx!

Facebook / XOW


Gabriella Borg