Illejla, se jibdew is-semi-finali ta' Malta's Got Talent, b'xandira diretta mill-MFCC f'Ta' Qali.
F'dan l-ewwel semifinali, se jkun hemm għaxar prestazzjonijiet, ilkoll differenti minn xulxin. Se naraw ukoll lill-Golden Buzzers ta' Sarah Zerafa u Ray Attard, li huma Kyran Bonello u Olivia Lilith, rispettivament.
Min jgħaddi mis-semifinali llum se jkun qed jgħaddi għall-finali flimkien ma' dawk li se jkunu qed jgħaddu fis-semifinali tal-ġimgħa d-dieħla u ta' wara.