Bjorn Formosa kiteb erba' kelmiet mill-qalb biex isellem il-memorja ta' raġel speċjali f'ħajtu u aktar u aktar f'ħajjet martu Maria - l-għażiż missierha. Kien propju bħal-lum sena ilu li ħalla din id-dinja.

"Ilek sena eżatt li ħallejtna Ġuż! Ħallejt vojt kbir, speċjalment fil-ħajja ta' bintek Maria li tħobbok immens u tfakkrek kuljum u lill-familja tiegħek kollha," kiteb Bjorn. Fil-messaġġ isemmilu kemm Maria kienet tant xtaqet tieħu ħsiebu bħalma kontinwament qed tieħu ħsieb lilu, żewġha.

"Ipproteġi lil Marija u lill-għeżież tiegħek minn hemm fuq u jalla tistrieħ fis-sliem," jagħlaq il-messaġġ Bjorn. Insellmu l-memorja ta' missier Maria.

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb