llbieraħ beda bl-ewwel programm tiegħu fuq ONE Radio Ryan Spiteri, fuq il-paġna ta' ONE Radio kiteb "fl-aħħar qiegħed hawn." Ftit ħin biss wara li beda l-programm, mar live fuq Facebook.

Ryan irringrazza lil kulħadd, "dan hu l-ewwel programm tiegħi uffiċjalment fl-istudio ta' ONE Radio. Kont ili xahar wieqaf u fl-aħħar irritornajt u miegħek għandi ġimgħa sħiħa mis-18:30 sat-20:30 ta' filgħaxija kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa."

"Emmnuni ħbieb hemm feedback qawwi li qatt ma kelli bħal qabel." Hu qal li l-ewwel darba tkun eċitat għax jaf li hemm eluf ta' nies jisimgħu l-programm tiegħu. Kif ħareġ live fuq Facebook, Ryan dar dawra mal-istudios ukoll u kull min kien qed isegwi kellu ċ-ċans jara kif jider l-istazzjon minn ġewwa.

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Ryan Spiteri bil-programm tiegħu fuq ONE Radio, ċertament li din l-avventura għalih ħa tkun waħda speċjali.


Emil Calleja Bayliss