Xtina, il-mara ta' Ben Camille li tmexxi Body Power Studio lbieraħ iċċelebrat għeluq sninha. Xtina għalqet 30 sena u għal dawk li forsi ftit kurjużi ta' x'għamlet f'dan il-jum speċjali, Xtina qasmet mas-segwaċi tagħha kif għaddiet il-ġurnata. 

Ritratt: Instagram / xtina.bodypower

Xtina li hi magħrufa ħafna għal eżerċizzju ma setgħetx tgħaddi l-jum mingħajr ma tagħmel ftit eżerċizzju, infatti f'għeluq sninha għamlet workout . Hi tgħid li kieku kienet ġewwa l-gym, żgur li kienet tagħmel l-istess. 

Kompliet il-ġurnata tagħha billi sajret u bħala ċajta kitbet li probabbli uffiċjalment saret miġnuna li qed issajjar f'għeluq sninha. Imma ngħiduha kif inhi, hawn ħafna li jagħmlu dan speċjalment jekk dan il-jum għażiż jiġi fost il-ġimgħa. Min jaf forsi Ben qed iħejji xi ħaġa speċjali!?

Ritratt: Instagram / ben.camille

Ilbieraħ insertat ġurnata kollha xita wkoll, Xtina kitbet li dejjem tagħmel ix-xita f'għeluq sninha għalkemm din lilha ma ddejaqhiex, tgħid li forsi għalhekk tħobb ix-xitwa.

Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Xtina, sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha, ħafna kuntentizza u ħin mal-familja sabiħa tagħha inkluż il-klieb li sirna nħobbu aħna wkoll! Awguri Xtina!

Instagram / ben.camille


Emil Calleja Bayliss