Karmena Zammit twieldet fit-13 ta’ Novembru 1919. Dan ifisser li lbieraħ għalqet mitt sena!

Waqt intervista ma’ Gwida.mt, Philip Edrick Zammit qal dwar il-bużnanna tiegħu li Karmena hi mara kuraġġuża. Għalkemm għandha 100 sena, għadha toqgħod id-dar tagħha ġo Ħaż-Żebbuġ u timxi u tgħix il-ħajja ta’ kuljum mingħajr diffikultà.

nanna

Tant hu hekk, li Philip qal lil Gwida.mt li “lbieraħ mort biex ngħinha tqum bilwieqfa u għal naqra ma ħaditx għaliha!”

Għal familja tagħha Karmena tfisser kollox. Dejjem tara li kollox miexi sew u tara li bħala familja huma jibqgħu magħqudin.

nanna

Għalkemm għadha tgħix fid-dar tagħha, Karmena ma tinsabx waħidha. Hi kellha 13-il wild, u tlieta minnhom għadhom jgħixu magħha.

Wieħed minnhom huwa Leli Zammit, li hu persuna bi bżonnijiet speċjali u għandu 60 sena.  Hu magħruf fir-raħal bħala l-abbati tant ħelu li jimla’ l-qalb ta’ kulħadd u jgħin lill-ommu Karmena fil-qadi u bżonnijiet ta’ kuljum.

Araw naqra lil Karmena u Leli f'dan il-filmat.


Filmat: Steve Zammit Lupi 

Philip temm l-intervista tiegħu billi qal: “Vera mara determinata - taf li anke fl-elezzjonijiet tal-kunsill lokali ħarġet tivvota?!”

Karmena, aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlek l-isbaħ xewqat f’għeluq sninek. Għandek familja li tħobbok wisq!

Philip Edrick Zammit u The People of Malta 


Nicole Barbara