Oliver Scicluna ftit tal-ħin ilu permezz tal-profil ta' Facebook qasam ħsieb sabiħ li jgħinuek tapprezza kemm fil-ħajja kelma taf tfisser id-dinja jekk tkun ġejja mingħand xi ħadd speċjali, iżda jekk l-istess ħsieb jiġi mingħand persuna oħra forsi ma jinżilx bl-istess mod.
Hu qal, "Ilbieraħ Declan qalli l-frażi li niddejjaq ħafna meta xi ħadd jgħidili jew biss jaħsibha.Qalli, 'You’re a superhero' imma din id-darba jkolli nammetti li ma ddejjaqt xejn li qalli hekk Declan, anzi apprezzajt. X’differenza jagħmel il-kuntest ta’ frażi jew kelma u anke min jgħidhielek."
L-innoċenza tat-tfal toħroġ fl-aqwa tagħha u tara li japprezzaw kull ħaġa li tagħmel magħhom inkluż is-sagrifiċċju li ħafna ġenituri jgħaddu minnhom.
Facebook / Oliver Scicluna