Fuq il-profil ta' Facebook tagħha, Carina li tiġi omm il-preżentatur ta' X Factor Malta Ben Camille qalet li baqgħet imqajma. Baqgħet imqajma sabiex tara l-audition ta' Destiny Chukunyere, li lbieraħ dehret fuq X Factor Malta. L-audition ta' Destiny kienet l-aħħar audition li ntweriet fuq il-programm ilbieraħ qabel ma ntemm ir-raba episodju minn din is-sensiela.

Ritratt: Facebook / Carina Camilleri

Jidher li ma kinitx Carina biss li baqgħet imqajma sabiex tara lil Destiny, għax id-disinjatur u stilista Charles Van Maarschalkerweerd Borg ta' Charles & Ron qal li anke hu għamel l-istess, sempliċiment għax xtaq jaraha. Carina ħalliet żewġ hashtags li juru l-ammirazzjoni kbira li għandha lejn il-kantanta żagħżugħa li jgħidu m'hemm ħadd bħala u l-aqwa fost l-aqwa.

Destiny irringrazzjat lil Carina ta' dan l-istatus. Wara li Destiny ħabbret li ħa tidher f'X Factor Malta, taf lil xi ħadd li baqa' mqajjem sabiex  jara lil Destiny bħalma għamlu Carina u Charles? Għidilna ftit fis-sezzjoni tal-kummenti fuq il-paġna ta' Facebook!

Facebook / Carina Camilleri


Gwida.mt