John Portelli, kittieb prominenti, jiżvela li kien fi spiżerija fil-lokalità ta’ Santa Venera fejn fuq il-bieb hemm tabella li tindika li żewġ persuni biss jistgħu jidħlu. Sakemm dħalt persuna waħda biss kienet hemm allura dħalt fil-ħanut. Sakemm kont qed ninqeda, 4 jew 5 oħra persuni daħlu. Pruvajt niġbed l-attenzjoni ta’ min hu responsabbli iżda r-risposta kienet, “Jien x’nista’ nagħmel?” Jien irrispondejt, “Sempliċi ħafna, għidilhom joqogħdu jistennew barra.” Iżda l-ebda azzjoni ma ttieħdet u r-risposta kienet tbissima li tindika li jien daqsxejn miġnun.

X’taħseb inti fuq din is-sitwazzjoni? Ħallilna l-kummenti tiegħek

Facebook / John Portelli, Ritratt / Pexels


Rowena Calleja