F’messaġġ imqanqal, bint Margaret Agius esprimiet li ommha kienet mara b’kuraġġ ta’ sur li minkejja kollox dejjem kienet hemm għall-familjari tagħha, anki fl-aħħar snin tal-marda tagħha. Greta Agius, bint Margaret, qalet li se tħoss in-nuqqas tal-perseveranza u d-diterminazzjoni ta’ ommha. Qalet li uliedha se jħossu n-nuqqas tan-“nanna Mag”, iżda qalet li issa ommha tista’ tistrieħ hekk kif il-battalja tagħha mal-kanċer intemmet.

It-tim ta’ Gwida.mt joffri l-kondoljanzi sinċiera lil familjari ta' Margaret, inkluż żewġha, il-kompożitur lokali Ray Agius.

Facebook / Greta Agius


Maria  Desira