Quinton u martu Kerstyl saru ġenituri għall-ewwel darba l-lejl li għadda! Quinton qasam din l-aħbar ftit tal-mumenti ilu fuq il-mezzi soċjali.

Quinton kiteb, "Ma’ Nina u Simba, ilbieraħ filgħaxija żdied membru ieħor fil-familja tagħna… Baby J. L-esperjenza tat-twelid kienet indiskrivibbli. Kerstyl tinsab tajba u lesti għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjitna!"

Hu jkompli jgħid, "Grazzi lil kull min kien ta’ għajnuna fosthom il-qbiela tad-'Delivery Suite’ u OPS 3 fl-isptar Mater Dei, it-tobba, il-familjari u ħbieb tagħna."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom għal dan ir-rigal sabiħ. Ninsabu konvinti li t-tarbija ħa ġġib magħha ħafna u ħafna ferħ.


Emil Calleja Bayliss