Tħabbret il-mewt ta' Rosanne Sollars li kienet il-kowċ ta' Swieqi United bejn l-2011 u l-2012. Ir-raġel tagħha permezz ta' Facebook kiteb, "B’diqa kbira llum mietet Rosanne Sollars, mara leali għażiża u omm dedikata. Il-funeral se jsir fil-knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar fit-8:00 nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu."

Il-ħabiba tagħha Marbeck Muscat kitbitilha poeżija bl-isem ta' 'Il-Wardija Tilfet Ġawhra' li turi d-diqa kbira li ħalliet it-telfa ta' Rosanne. Il-poeżija ttemm bil-versi sbieħ, "Kemm ġrejna u qtajna fjuri flimkien, ġewwa l-Wardija. Imma illum għoġbu jaqta l-isbah waħda li kien fadal ġewwa l-ġnien."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha ta' Rodanne f'dan il-mument xejn faċli għalihom. Strieħ fis-sliem għażiża u kompli ħares fuq l-għeżież tiegħek, speċjalment uliedek.

Facebook / Roseanne Sollars


Emil Calleja Bayliss