Il-gvern tal-Iżrael approva l-ftehim ġdid ta’ waqfien mill-ġlied u ħelsien ta’ ostaġġi ta’ Gaża mal-Ħamas, u fetaħ it-triq biex jidħol fis-seħħ nhar il-Ħadd fis-6:30.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara sigħat ta’ diskussjonijiet li komplew tard fil-lejl. Żewġ ministri tal-lemin estrem ivvutaw kontra l-ftehim.

Il-kabinett tas-sigurtà qabel irrakkomanda li jirratifika l-ftehim, billi qal li "jappoġġja l-kisba tal-għanijiet tal-gwerra", skont l-uffiċċju tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu.

Dan sar sigħat wara li l-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ħamas it-tnejn qalu li ffinalizzaw id-dettalji tal-ftehim, jumejn wara li tħabbar mill-medjaturi tal-Qatar, l-Istati Uniti u l-Eġittu.


Bernard Xuereb