Il-grupp popolari The Travellers kitbu post fuq il-paġna tagħhom fejn qalu li ser jibda l-vjaġġ tal-album il-ġdid tagħhom.

Ftit tal-jiem kellhom avveniment fejn intagħżlu xi nies sabiex ikunu minn tal-ewwel u jmorru jisimgħu il-kanzunetti tal-album il-ġdid li se jkun qed joħroġ dalwaqt. Dawk li attendew, apparti li semgħu l-album kollu taw ukoll xi kummenti sabiex The Travellers ikunu jafu x’kellhom x’jaħsbu fuqu.

Lil The Travellers ngħidulhom biex ifittxu joħorġu l-album il-ġdid għax ninsabu ħerqana biex nisimgħuh!

Facebook / The Travellers


Henzley  Bezzina