Għal darb'oħra Big Brother Malta lbieraħ kien episodju mimli tensjoni u mumenti ta' emozzjonijiet differenti. Bla dubju li l-iktar ħin li qanqal kien meta r-residenti Għawdxin Josline u Marvic spiċċaw in-nominati ta' din il-ġimgħa. 

Għall-ewwel Karl ukoll kien fost in-nominati, iżda bħala Head of House, Erika kellha ċ-ċans li ssalva lil xi ħadd minnhom, u għażlet lilu. Fuq il-midja soċjali kien hemm xi wħud li bdew jiktbu li ma jixtiequ lil ħadd minnhom jitlaq, u li mhux se jivvutaw.

Jidher li ħafna vvutaw madanakollu u Joslin ġabet 68% tal-voti, u spiċċat eliminata. B'hekk il-vjaġġ ta' Marvic kompla. X'taħsbu dwar ir-riżultat?

Facebook/ Big Brother Malta


Kyle Zarb