ALS Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom l-istorja ta’ Jeanesse għaliex hija waħda ta’ ispirazzjoni u li tagħti motivazzjoni lil bosta nies għaddejjin minn żminijiet diffiċli.

Huma kitbu, “Il-vjaġġ ta’ Jeanesse Abela huwa verament ta’ ispirazzjoni. Twieldet bis-Cerebral Palsy, Jeanesse affaċċjat bosta sfidi matul ħajjitha imma dejjem uriet id-determinazzjoni. Il-kundizzjoni ta’ Jeanesse affettwa l-mobilita’ tagħha ħafna u għal ħafna snin kellha tuża siġġu tar-roti. Minkejja dawn l-isfidi, hi baqgħet tistinka għall-passjoni tagħha li tirreċta u saret magħrufa għall-irwol tagħha fis-serje Malti ‘Division 7’.”

Huma komplew, “Titkellem għad-drittijiet ta’ nies b’diżabilita’ u taqsam il-vjaġġ tagħha fuq il-midja soċjali, u dan juri kemm hi kapaċi tagħmel affarijiet b’mod indipendenti. Id-determinazzjoni tagħha huwa sors ta’ ispirazzjoni għal ħafna. Bħalissa Jeanesse tgħix f’DAR Bjorn, dar speċjalizzata biex tieħu ħsieb nies b’kundizzjonijiet newroloġiċi. DAR Bjorn tagħti l-appoġġ meħtieġ biex nies bħal Jeanesse ikollhom ħajja komda u ta’ dinjita’.”

Jeanesse tgħallimna ma naqgħtux qalbna fil-ħajja jiġri x’jiġri, għaliex jekk ikollna biżżejjed determinazzjoni, dejjem ser naslu fejn nixtiequ. Grazzi kbira lil DAR Bjorn talli tieħdu ħsieb lir-residenti biex ikollhom ħajja komda u ta’ dinjita’.

Facebook / ALS Malta


Gabriella Borg